Merħba
Din il-websjat hija frott il-ħidma ta’ bosta persuni – hija prinċipalment frott il-ħidma koordinata bejn il-Kapijiet tad-Dipartiment fl-Istorja (HODs) li taħt id-direzzjoni tal-Uffiċjal Edukattiv is-sur Raymond Spiteri, li ħadmu fuq dan il-proġett għal diversi snin.
Bosta għalliema u studenti ipprovdew riżorsi oħra biex illum din il-websajt tkopri s-sillabi kważi kollha mill-Form1 sal Form 5.
Nittamaw li nibqgħu nkunu utli għall-għalliema, l-istudenti, kif ukoll il-poplu in-ġenerali li jinteressa ruħu fil-‘memorji’ ta’ pajjiżna.